X’qed tagħmel l-UE
Il-politika tal-enerġija hija kruċjali għall-kompetittività u s-sigurtà tal-Ewropa u biex naslu għan-newtralità klimatika. Hija kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-pajjiżi membri tagħha, definita fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-objettivi ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE huma li tiżgura enerġija affidabbli, affordabbli u nadifa għan-nies u għan-negozji fl-Ewropa.
Fost miżuri oħra, qed naħdmu biex niksbu dan billi
- inżommu provvisti tal-enerġija siguri
- nappoġġaw il-kompetittività tal-industrija tat-teknoloġija nadifa tal-Ewropa
- nippromwovu l-produzzjoni tal-enerġija nadifa u sostenibbli
- nagħtu prijorità lill-effiċjenza enerġetika fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija, mill-ġenerazzjoni sal-konsum finali
- inmexxu diskussjonijiet internazzjonali dwar it-tranżizzjoni globali tal-enerġija

Eżiti mistennija
Oqsma ta’ azzjoni
Skopri aktar dwar l-azzjonijiet li qed tieħu l-UE biex iżżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa
L-enerġija hija ta’ valur kbira għalina. Skopri kif l-UE tiżgura li nkunu nistgħu nużawha bl-akbar effiċjenza possibbli
Esplora r-regoli li jsawru s-swieq tal-enerġija tal-UE, u li jipproteġu u jippermettu lill-konsumaturi jieħdu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tagħhom
L-UE kif tiggarantixxi enerġija affidabbli għaċ-ċittadini u n-negozji tagħha?
Il-grilji huma s-sinsla tas-sistemi tal-enerġija tal-UE. Skopri kif l-UE qed ssaħħaħ u tespandi l-grilji tagħna
Il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni hija kruċjali biex inwettqu t-tranżizzjoni tal-enerġija u ntejbu l-kompetittività. Skopri x’qed tagħmel l-UE
Esplora l-politika tal-UE dwar l-enerġija nukleari, mill-garanzija tas-sikurezza nukleari sal-appoġġ għall-użu tar-radjazzjoni u tat-teknoloġiji nukleari fil-mediċina
Skopri kif l-UE taġixxi bħala mexxejja globali fil-qasam tal-enerġija
Sir af dwar l-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u tal-metan relatati mal-enerġija
Skopri l-politiki u l-inizjattivi lokali tal-UE biex tiżgura tranżizzjoni tal-enerġija ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura
Il-kisbiet ewlenin
- Permezz tal-promozzjoni tal-enerġija mir-riħ, mix-xemx u minn sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli, l-enerġija rinnovabbli kienet tirrappreżenta 24.6 % tal-konsum tal-enerġija tal-UE fl-2023. Dan huwa sehem sinifikanti, u eżitu ħafna ogħla minn 10 snin qabel. Madankollu, għad hemm ix-xogħol xi jsir biex tintlaħaq il-mira ta’ 42.5 % sal-2030.
- Il-kumpaniji fis-settur tal-enerġija rinnovabbli qed jiffjorixxu, u b’hekk qed jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi. Sal-2022, is-settur tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa kien jimpjega aktar minn 1.6 miljun ruħ.
- Investimenti fl-infrastruttura transfruntiera fil-qasam tal-enerġija għenu biex is-sigurtà tal-enerġija tal-UE tissaħħaħ, inkluż billi diversi reġjuni tal-UE li kienu kompletament iżolati ġew ikkonnettjati.
- Bejn l-2008 u l-2021, l-UE naqqset l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’aktar minn 20 %. Fl-istess ħin, il-PDG tal-UE żdied bi kważi 10%. Peress li s-settur tal-enerġija huwa responsabbli għal aktar minn 75% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE, il-politiki tal-UE dwar l-enerġija kkontribwew b’mod sinifikanti għal dan ir-riżultat.
- Sabiex tilħaq il-mira tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija għall-2030, l-UE introduċiet miżuri f’oqsma ta’ politika bl-akbar potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija u fejn huwa meħtieġ li l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien b’mod armonizzat. Miżuri bħal dawn mhux biss iraħħsu l-kontijiet tal-enerġija, iżda jgħinu wkoll lin-negozji jiffrankaw fuq il-kostijiet operatorji, filwaqt li titnaqqas l-impronta tal-karbonju.
Taħt il-lenti
Il-prezzijiet tal-enerġija għandhom impatt kemm fuq il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini kif ukoll fuq il-kompetittività tal-industriji fl-Ewropa u l-ekonomija tagħna. Bis-saħħa tal-isforzi konġunti tagħna, is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa baqgħet reżiljenti minkejja t-tfixkil fis-suq globali.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu azzjoni immedjata biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jappoġġaw lill-konsumaturi u lill-kumpaniji, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà u fis-setturi li qed jitħabtu l-aktar.

Eventi
23 EMA Network Meeting - Energy priorities in the cohesion policy, accelerating the homegrown clean energy
Unlocking demand-side flexibility from buildings: Practical examples from across the EU
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 22 April 2026