X’tagħmel l-UE
L-Unjoni Ewropea tgħin fil-koordinazzjoni tar-regoli u r-rati tat-taxxa nazzjonali, b’mod partikolari għal kwistjonijiet transfruntiera. Il-politiki tat-tassazzjoni tagħha għandhom l-għan li jindirizzaw sfidi bħat-tassazzjoni ġusta, is-simplifikazzjoni tal-ambjent tat-taxxa għan-negozji, u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika u diġitalizzata.
L-objettivi ewlenin huma li t-tassazzjoni ssir aktar ġusta, aktar trasparenti u effiċjenti billi jiġu eliminati d-diskriminazzjoni fiskali, it-tassazzjoni doppja, u l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li jiġu ssimplifikati r-regoli ta’ konformità. Fl-aħħar mill-aħħar, l-UE tfittex tassazzjoni ġusta, effiċjenti u effettiva biex toħloq ambjent tan-negozju favorevoli, tippromwovi l-kompetittività, u tappoġġa t-tkabbir ekonomiku.

Ċifri ewlenin
Oqsma ta’ azzjoni
Skopri kif taħdem il-VAT tal-UE bħala riżorsa għall-baġit tal-UE
Politiki li jipprevjenu t-tassazzjoni doppja u l-evitar tat-taxxa
Taxxi indiretti fuq il-bejgħ jew l-użu tal-alkoħol, it-tabakk, il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku
Kooperazzjoni bejn in-negozji, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
Input għat-tfassil tal-politika dwar diversi aspetti tat-tassazzjoni
Il-prezz fuq l-emissjonijiet tal-karbonju tal-oġġetti li jidħlu fl-UE, l-appoġġ għad-dekarbonizzazzjoni
Kisbiet ewlenin
- L-UE aġġornat u ssimplifikat is-sistema tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) tal-UE għall-era diġitali. Għandha l-għan li tagħmel ir-regoli aktar faċli għan-negozji, tnaqqas il-frodi u ttejjeb kif tinġabar il-VAT. Il-bidliet ewlenin jinkludu reġistrazzjoni unika tal-VAT, rapportar diġitali, u kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.
- Il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri huwa pass ewlieni biex tiġi protetta l-klima filwaqt li tiġi appoġġata l-kompetizzjoni ġusta. Billi poġġiet prezz tal-karbonju fuq ċerti oġġetti importati, bħas-siment, l-azzar u l-aluminju, l-UE ħolqot kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tagħha u ħeġġet produzzjoni aktar nadifa madwar id-dinja.
- Billi ppermettiet skambju sigur u awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, l-UE ħadet pass kbir fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Din il-kooperazzjoni tippermetti lill-pajjiżi jidentifikaw u jindirizzaw aħjar l-evażjoni tat-taxxa, u jirkupraw it-taxxi mhux imħallsa. Hija kisba ewlenija fit-tiswir ta’ tassazzjoni ġusta u effiċjenti madwar l-UE.
- Bl-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, l-UE ħadet azzjoni kbira biex tipproteġi d-dħul pubbliku u tiżgura tassazzjoni ġusta. Il-frodi tal-VAT hija kwistjoni sinifikanti, b’madwar EUR 61 biljun f’telf tal-VAT fl-2021. L-UE saħħet il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, tejbet l-iskambju tal-informazzjoni permezz ta’ għodod bħan-network tal-Eurofisc, u introduċiet riformi fil-kummerċ elettroniku u fir-rapportar diġitali. Dawn l-isforzi, inklużi regoli ġodda għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, u proposta ta’ sistema ta’ fatturazzjoni elettronika f’ħin reali, huma pass ewlieni lejn sistema tal-VAT reżistenti għall-frodi.
Taħt il-lenti
Mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-reġim speċjali tal-VAT (l-iskema tal-SMEs) jippermetti li l-impriżi ż-żgħar:
- ibigħu oġġetti u servizzi mingħajr ma jimponu l-VAT fuq il-klijenti tagħhom (eżenzjoni mill-VAT) u,
- jittaffewlhom l-obbligi tagħhom ta’ konformità mal-VAT.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 8 April 2026