X’tagħmel l-UE
Il-mobbiltà qiegħda fil-qofol tal-Unjoni tagħna. It-trasport jgħin biex ilaqqa’ nies minn reġjuni u pajjiżi differenti, filwaqt li jiftaħ opportunitajiet ġodda u joħloq l-għaqda u l-koeżjoni, b’mod partikolari permezz tat-turiżmu. Jagħmilha possibbli li n-nies, is-servizzi, u l-merkanzija jiċċaqilqu liberament u huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jixprunaw il-kompetittività tal-Ewropa u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali.
Il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħmel it-trasport Ewropew aktar kompetittiv, sostenibbli, u reżistenti għall-isfidi futuri. Barra minn hekk, tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li s-sistema tat-trasport tagħna tkun sikura, aċċessibbli, u bi prezzijiet raġonevoli għaċ-ċittadini kollha tal-UE.

Ċifri ewlenin
L-oqsma ta’ azzjoni
Politiki li jkopru l-modi kollha tat-trasport: bl-ajru, bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar, u fil-passaġġi fuq l-ilma interni
Skopri kif it-turiżmu jistimula t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-iżvilupp soċjali
Skopri kif l-UE tipproteġi lill-passiġġieri fil-modi kollha tat-trasport
Sir af kif it-trasport pubbliku jipprovdi mod sikur, effiċjenti, u sostenibbli għall-ivvjaġġar
Sir af x’qed tagħmel l-UE biex ittejjeb is-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport
Esplora l-politiki u l-inizjattivi tal-UE dwar l-infrastruttura u l-investiment fil-qasam tat-trasport
Skopri l-attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tat-trasport, inklużi l-finanzjament, l-impjiegi, u l-istudji
Sir af kif il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex jiġu integrati l-modi kollha tat-trasport u jkollna interoperabbiltà sħiħa
Sir af kif l-UE tappoġġa s-settur tat-trasport tal-Ukrajna
Il-kisbiet ewlenin
- Pjan ta’ azzjoni għal settur awtomobilistiku sostenibbli u innovattiv — pjan strateġiku biex niggarantixxu industrija awtomobilistika robusta u sostenibbli filwaqt li jiġi sfruttat il-potenzjal innovattiv kollu tagħha.
- Vjaġġar bil-ferrovija aktar mgħaġġel u aktar effiċjenti — in-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) se jtejjeb il-veloċitajiet ferrovjarji u jnaqqas il-ħinijiet tal-ivvjaġġar. Sal-2040, il-linji ferrovjarji tal-passiġġieri fuq ir-rotot ewlenin tat-TEN-T iridu jkunu jakkomodaw ferroviji li jivvjaġġaw b’veloċità ta’ 160 km/h jew akbar.
- Korsiji ta’ Solidarjetà bejn l-UE u l-Ukrajna — rotot ġodda tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq, u fil-passaġġi fuq l-ilma interni biex l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-Ukrajna jibqgħu għaddejjin.
- “Viżjoni Żero”: Daqshekk imwiet fit-toroq mill-2050 ’il quddiem — l-UE hija impenjata li sal-2050 inkunu wasalna f’qagħda fejn ma jkollniex aktar imwiet fit-toroq. Il-miżuri adottati reċentement jinkludu regoli aktar stretti għal sewwieqa ġodda u infurzar transfruntier biex is-sewwieqa perikolużi ma jitħallewx jiżgiċċaw mill-penali.
- Tikketta ġdida tal-UE tal-Emissjonijiet tat-Titjira — fil-futur, waqt il-prenotazzjonijiet online tat-titjiriet se tibda tidher tikketta apposta dwar l-emissjonijiet, b’metodoloġija ċara u affidabbli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 relatati ma’ titjira partikulari.
- Minn Jannar 2025, daħlu 4 liġijiet ġodda tal-UE biex jimmodernizzaw ir-regolamenti dwar is-sikurezza marittima u jipprevjenu t-tniġġis mill-bastimenti.
- Il-lista tal-UE tas-Sikurezza tal-Ajru, li tiġi aġġornata darbtejn fis-sena, tipprojbixxi lil-linji tal-ajru li ma jissodisfawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza milli joperaw fl-UE, u b’hekk jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-passiġġieri.
- Il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà, il-kampanja ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea biex in-nies isiru jafu aktar dwar il-mobbiltà urbana sostenibbli, tippromwovi bidla fl-imġiba favur il-mobbiltà attiva, it-trasport pubbliku, u soluzzjonijiet oħrajn ta’ trasport nadif u intelliġenti.
Taħt il-lenti
Il-Kummissjoni ppreżentat regoli ġodda biex tiffaċilita l-ibbukkjar u l-ivvjaġġar bit-tren madwar l-Ewropa kollha. Dawn se jissimplifikaw l-ippjanar u l-ibbukkjar tal-vjaġġi reġjonali, fuq distanzi twal, u li jaqsmu l-fruntieri billi jippermettu li jinqata’ biljett uniku li jkun jinvolvi lil aktar minn operatur ferrovjarju wieħed. Il-proposta tinkludi wkoll protezzjoni ġdida u sħiħa tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija għal persuni b’biljett uniku li jitilfu t-tren li jkun imisshom jaqbdu.

L-aħħar aħbarijiet
Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-ftehim politiku li ntlaħaq mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE dwar ir-reviżjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-UE.
Avvenimenti
Events Single European Sky: information campaign 2004
Events Workshop "Prospects of inland navigation within the enlarged Europe", 24 February 2005 On 24-25 February 2005, the European Commission...
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 13 Mejju 2026